Posts

Showing posts from June, 2017

X'iridu l-Maltin?

Image
Aktar minn kollox Malta teħtieġ l-evanġelju. L-interess politiku huwa straordinarju. Kieku jaħasra il-Maltin juru kwart tal-interess f’Alla inkunu l-aktar pajjiż spiritwali fid-dinja. Imma le, il-Maltin jaduraw alla ieħor: il-flus u l-materjaliżmu. Jgħidu li bil-flus tagħmel triq fil-baħar. Iridu li jiżdiedu l-pagi u l-pensjonijiet, u jitnaqqsu l-kontijiet u t-taxxi. Imbagħad ma jkun jonqosna xejn! Intejbu l-ekonomija u nsibu ruħna fil-genna tal-art, mhux hekk? Hekk jaħsbu ħafna Maltin, u l-oħrajn li ma jaħsbux, jassumu li hu hekk ukoll. Min għandu jrid iktar u isbaħ (speċjalment isbaħ minn tan- neighbour ). Min m’għandux wisq, joħlom u jistinka biex ikollu. Il-Maltin qed ifittxu s-salvazzjoni u l-ħajja fil-karti tal-ewro. Il-flus huma fiċ-ċentru tal-qalb ta’ ħafna Maltin; Alla huwa mwarrab fil-ġenb. X’għandu jkun ir-rispons tagħna l-Insara? Ejja ma ninġarrux mill-kurrent bħall-bqija tal-Maltin. Aħna dorna mill-idoli – mhux l-istatwi tal-qaddisin biss imma mill-mentalità materjal