Posts

Showing posts from July, 2017

Ħares u Tfieq

Image
Alla ħelishom mill-madmad tal-iskjavitu, mexa magħhom fid-deżeret, ħa ħsiebhom, provdielhom x’jieklu u x’jixorbu, u wegħdhom art li tnixxi ħalib u għasel. Wieħed jistenna li jkunu rikonoxxenti u grati lejh, imma le, il-poplu Lhudi ma hediex igemgem kontra Alla tagħhom. Id-dgergir tagħhom kien ifisser nuqqas ta’ fiduċja fit-tjieba t’Alla. Ma emmnuhx. Ma afdawhx. Mhux ta’ b’xejn Alla kkastigahom billi bagħtilhom sriep valenużi. (Ara Numri 21:4-9.) Meta ammettew il-ħażen tagħhom staqsew lil Mosè biex jidħol għalihom. Il-profeta talab 'l Alla għall-poplu. Alla qal lil Mosè biex jgħolli serp tal-bronż fuq qasba biex jekk xi ħadd jingidem, iħares lejh u jfieq. Forsi xi wħud minnhom qalu, ‘Din bla sens! Kif tista’ tispjega li bniedem qed imut avvelinat, jekk iħares lejn serp tal-bronż, ifieq?’ Madankollu dawk li kienu stinata u pprovaw iddewwu lilhom nfushom kif jidhrilhom huma, mietu. Iżda oħrajn irraġunaw mod ieħor, ‘Ladarba hekk qal Alla, jien inħares!’ Dawk li ħarsu lejn is-serp ta