Posts

Showing posts from September, 2017

Sola Scriptura

Image
Bil-frażi Latina Sola Scriptura (L-Iskrittura Biss) irridu nfissru li l-Bibbja hi l-unika regola infallibbli għall-Kristjani. 1. L-Iskrittura hi r-regola , jew il-gwida, li tgħallimna x’għandna nemmnu u kif għandna ngħixu f’relazzjoni sewwa m’Alla.  2. L-Iskrittura hi infallibbli (ma tistax tiżbalja) għax hi mogħtija b’ispirazzjoni minn Alla; il-Kelma ħierġa minn fomm il-Mulej. Ta’ min joqgħod fuqha għax l-Awtur tagħha, Alla għaref u fidil, la jiżbalja u lanqas jigdeb. 3. Hi l-unika regola għax it-tagħlim tal-Iskrittura hu biżżejjed nagħrfu kif insalvaw u ngħixu ħajja li togħġob ‘l Alla. M’hemmx informazzjoni oħra neċessarja għas-salvazzjoni nieqsa mill-Bibbja u li għandna nfittxu band’ oħra. “L-Iskrittura Mqaddsa tista’ tagħmlek għaref għas-salvazzjoni permezz tal-fidi, li hi fi Kristu Ġesù. L-Iskrittura kollha hi mogħtija b’ispirazzjoni minn Alla, u tiswa’ għat-tagħlim, għaċ-ċanfir, għat-twiddib, għat-taħriġ fil-ħaqq, biex il-bniedem t’Alla jkun perfett, imrawwem għa