Posts

Showing posts from December, 2017

Il-Kunċizzjoni

Image
Fit-8 ta’ Diċembru l-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. L-Insara Ortodossi u Protestanti ma josservawhiex, l-aktar għax il-Bibbja ma ssemmi xejn li Marija kienet imnissla mingħajr dnub. Madankollu dawk kollha li jemmnu l-Bibbja ma jistgħux jinsew lil Marija. Kien permezz tagħha, l-omm verġni, li Alla bagħat ’l Ibnu fid-dinja. Alla għamel ħwejjeġ kbar max-xebba ta’ Nażaret, u għal dejjem ulied Alla isejħulha hienja. Nistgħu nitgħallmu ħafna minnha. Marija għarfet lil Alla bħala s-Salvatur tagħha meta qalet, ‘L-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-salvatur tiegħi .’ Aħna jeħtieġ nagħmlu bħala. Irridu nduru lejn il-Mulej, nammettu ħtijietna u nafdaw ruħna f’idejh, għax l-Iskrittura tistedinna, ‘Alla hekk ħabb id-dinja li ta ’l Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem.’ M’hemm ebda Salvatur ħliefu. L-appostlu Pietru qal ċar u tond li ‘f’ħadd ħliefu m’hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema m’hemm isem ieħor

Kif naf li Alla jħobbni?

Image
Kif naf li Alla jħobbni? Forsi għax dejjem tiġini tajba? Għax dejjem iħarisni minn kull ħsara u qatt ma jmissni l-inkwiet? Naf li jħobbni għax ma jonqosni jew għax jien b'saħħti? Il-barkiet kotrana tiegħu huma xhieda tal-imħabba t'Alla: ix-xemx, ix-xita, il-ġid, l-ikel, l-ilbies, il-kenn tad-dar, is-saħħa tal-ġisem, is-saħħa u l-fejqan, il-ħbiberiji u l-għożża tal-familja; dawn huma lkoll sinjali tat-tjieba tiegħu. Imma x’naqbad ngħid meta jogħġbu joftomni minnhom? X’ngħid meta fil-providenza tiegħu jżurni bil-mard, it-tbatija jew l-inkwiet. X'nagħmel fiċ-ċirkostanzi ħżiena? Niddubitah, ingerger u nistaqsi fejn hu Alla? Le! Anzi aktar naħrab lejh bħalma tifel fin-niket tiegħu jiġri lejn dirgħajn missieru. Nibqa' nafda f'Alla Sovran, is-Sid li hu fil-kontroll sħiħ ta’ kollox. Fin-niket tiegħi nistqarr, 'Il-Mulej ta, u l-Mulej ħa; imbierek ikun isem il-Mulej' (Ġob 1:21). Iva, anki jekk ma nifhem xejn, nibqa' nemmen fis-sħiħ li 'kollox jaħdem f

L-Aqwa Mħabba

Image
Ninkwieta u nitnikket meta nisma’ dwar l-abort fuq il-media lokali. Hemm min qed jistinka sabiex, bis-sewwa jew bid-dnewwa, l-abort jiġi legaliżżat f’Malta. Il-Mulej Ġesù qal li m’hemmx imħabba akbar minn din milli wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu (Ġw 15:13). Xebbaħ lilu nnifsu ma’ ragħaj, u qal li r-Ragħaj it-Tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu (Ġw 10:11). L-appostlu Ġwanni jgħidilna li minn hekk għarafna x’inhi l-imħabba: Ġesù Kristu ta ħajtu għalina (1 Ġw 3:16). L-imħabba tagħti; imħabba akbar tagħti aktar; l-akbar imħabba tagħti kollox – l-akbar imħabba tagħti anki ħajjitha għall-ġid ta’ ħaddieħor. Xi ngħidu mela għal min minflok jagħti irid jieħu – jieħu saħansitra l-ħajja ta’ ħaddieħor? X’kontradizzjoni meta l-ġenituri, li huma msejjħin biex jagħtu l-ħajja, jagħżlu li jisirquha lil uliedhom! Fejn hi l-imħabba f’soċjetà li minflok tindokra l-ħajja tal-aktar dgħajfa u vulnerabbli, issejjaħ “dritt” il-qtil tal-innoċenti? Missier Qaddis, il-Fonti u s-Sid tal-ħajja, nitol