Posts

Showing posts from February, 2018

Nitlob ‘l Alla Biss

Image
Jien nitlob 'l Alla biss. M'għadnix nitlob lil Marija u l-qaddisin fis-sema. Nixtieq naqsam miegħek ir-raġunijiet li wassluni għal din id-deċiżjoni. Fl-Iskrittura Mqaddsa nsibu għexieren ta' talbiet (is-salmi u ħafna oħrajn). L-Ispirtu s-Santu tahomlna sabiex ikunu mudell u ġwida għalina. Ilkoll kemm huma indirizzati 'l Alla; lanqas talba waħda m’hemm indirizzata lill-qaddisin fis-sema. Meta Marija kienet hawn fid-dinja, hi kienet titlob ’l Alla. Pietru, Ġakbu, Ġwanni u l-bqija tal-appostli kienu miġburin ma’ Marija u dixxipli oħra biex jitolbu. Huma talbu lill-Mulej (Atti 1:14, 24). Tajjeb nikkoppjaw l-eżempju ta' Marija u nitolbu ’l Alla bħalha. L-Iskrittura tgħallimna kif nesprimu x-xirka tal-qaddisin. Tgħidilna biex nitolbu għall- qaddisin (Efesin 6:18), jiġifieri biex nitolbu għal xulxin (fit-Testment il-Ġdid l-Insara kollha jissejħu 'qaddisin). L-Iskrittura ma tgħidilniex biex nindirizzaw talbna lill- qaddisin fis-sema. Alla jisma’ t-talb tal-poplu tiegħu