Nitlob ‘l Alla Biss


Jien nitlob 'l Alla biss. M'għadnix nitlob lil Marija u l-qaddisin fis-sema. Nixtieq naqsam miegħek ir-raġunijiet li wassluni għal din id-deċiżjoni.
  1. Fl-Iskrittura Mqaddsa nsibu għexieren ta' talbiet (is-salmi u ħafna oħrajn). L-Ispirtu s-Santu tahomlna sabiex ikunu mudell u ġwida għalina. Ilkoll kemm huma indirizzati 'l Alla; lanqas talba waħda m’hemm indirizzata lill-qaddisin fis-sema.
  2. Meta Marija kienet hawn fid-dinja, hi kienet titlob ’l Alla. Pietru, Ġakbu, Ġwanni u l-bqija tal-appostli kienu miġburin ma’ Marija u dixxipli oħra biex jitolbu. Huma talbu lill-Mulej (Atti 1:14, 24). Tajjeb nikkoppjaw l-eżempju ta' Marija u nitolbu ’l Alla bħalha.
  3. L-Iskrittura tgħallimna kif nesprimu x-xirka tal-qaddisin. Tgħidilna biex nitolbu għall-qaddisin (Efesin 6:18), jiġifieri biex nitolbu għal xulxin (fit-Testment il-Ġdid l-Insara kollha jissejħu 'qaddisin). L-Iskrittura ma tgħidilniex biex nindirizzaw talbna lill-qaddisin fis-sema.
  4. Alla jisma’ t-talb tal-poplu tiegħu għax hu omnixjenti. Alla jismagħna mis-sema. Alla jaf x’hemm fi qlubna; il-qaddisin fis-sema ma jafux. “Għax int (Alla), int waħdek, tagħraf qalb ulied il-bnedmin kollha” (1 Slaten 8:39).
  5. Timmaġinax li Alla huwa mqit, żorr jew idejh magħluqa. Tista’ tersaq lejh fit-talb b'kunfidenza għax “il-Mulej ħanin u kollu mogħdrija; idum biex jagħdab u ta’ tjieba kbira” (Salmi 145:8).
  6. Jekk tafda fi Kristu għas-salvazzjoni tiegħek, allura int sirt iben jew bint adottiva t’Alla, u rċivejt l-Ispirtu ta’ addozzjoni li bih tgħajjat, "Abba, Missier." Ġesù wegħdna li jekk nitolbuh naqilgħu, għax bħalma l-ġenituri umani jwieġbu għar-rikjesti ta’ wliedhom, “kemm iżjed Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil dawk li jitolbuh?” (Mattew 7:7-11).
  7. Il-Mulej Ġesù Kristu għallem lid-dixxipli tiegħu kif għandhom jitolbu. Ġesù qalilhom biex jindirizzaw talbhom lil “Missierna li inti fis-smewwiet.” Kemm inkunu għaqlin nisimgħu mill-Imgħallem tagħna Ġesù u nobduh!
  8. Ħalli mela nemmnu l-wegħda t'Alla u nisimgħu l-istedina tiegħu, “Intom issejjħuli u tiġu titolbuni u jien nismagħkom” (Ġerimija 29:12).
Ħabib, x'se tkun id-deċiżjoni tiegħek fid-dawl tal-Kelma t'Alla?