Posts

Showing posts from March, 2018

Bin il-Mastrudaxxa

Image
Kemm jien kuntent li ommi u missieri semmewni Joseph, għal Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, il-missier putattiv ta’ Ġesù. Ġużeppi kien jaqla' l-għixien mix-xogħol tal-injam. Nimmaġina li t-tfajjel Ġesù kien iqatta’ sigħat twal jilgħab fil-ħanut ta’ missieru. Meta beda jikber, Ġużeppi għallmu u ħarrġu fis-sengħa ta’ mastrudaxxa. Qabel beda l-ministeru pubbliku, Ġesù kien jaħdem fl-injam. Infatti n-nies sejħu lil Ġesù “il-mastrudaxxa” u “bin il-mastrudaxxa” (Mark 6:3; Mattew 13:55). Min jaf x’kien jgħaddi minn moħħu Ġuzeppi josserva lit-tifel jisserra, jixkatla u jsammar fl-injam? Ġużeppi kien jaf li dak ix-xogħol ma kienx il-vokazzjoni aħħarija tiegħu. Kien jaf li t-tifel kellu xogħol wisq aktar importanti x’iwettaq f’ħajtu. Hu stess kien semmih “Ġesù”, isem li jfisser “il-Mulej Salvatur,” bħalma kien qallu l-anġlu f’ħolma. “U hi tiled iben, u int issemmih Ġesù għax hu jeħles il-poplu tiegħu minn dnubiethom” (Mattew 1:21). Il-missjoni ta’ ħajtu kienet il-fidwa tal-bniedem. Mur għidlu

Il-Ħaruf t’Alla

Image
Ġwanni introduċa lil Ġesù bħala "l-Ħaruf t'Alla." Nistgħu nittraċċaw it-tifsira ta' dan it-titlu mill-ktieb tal-Ġenesi sal-aħħar ktieb tal-Iskrittura, ir-Rivelazzjoni. Alla qal lil Abraham biex joffri ’l ibnu bħala sagrifiċċju. Waqt li kienu sejrin lejn il-post, Iżakk staqsa lil missieru għaliex ma kienux ħadu ħaruf magħhom. Abraham wieġbu, ‘Ibni, Alla jaħseb hu għall-ħaruf għall-offerta maħruqa’ (Ġenesis 22:7-8). Aktar tard fl-istorja tal-Lhud, lejlet il-fidwa mill-Eġittu, Alla qalilhom biex jagħżlu ħaruf bla difett, joqtuh, u jċappsu b’demmu il-ġnub u l-blata tal-bieb tad-djar tagħhom. Dak il-lejl l-anġlu tal-qerda għadda mill-art tal-Eġittu. Fejn ra id-demm, il-qerried baqa’ għaddej u ma għamlilhom ebda ħsara. Il-Lhud baqgħu ta’ kull sena joqtlu l-ħaruf tal-Għid b’tifkira. (Esodu 12:1-28). Mhux biss, ta’ kuljum matul is-sena kollha, il-qassisin Lhud kienu joffru ħaruf filgħodu u ieħor filgħaxija (Esodu 29:39). Dawn il-ħrief maqtula kienu sinjal ta’ Ħaruf