Posts

Showing posts from May, 2018

Id-Dritt għall-Opinjoni

Image
Waqt xi diskursata bejn il-ħbieb jew diskussjoni fuq it-television, sikwit iqum xi ħadd iffakkarna li kulħadd għandu d-dritt għall-opinjoni tiegħu! Hemm ħwejjeġ li huma tassew kwistjoni ta’ preferenza. Jekk nistaqsi liema l-itjeb pizza, kulħadd għandu l-ġosti tiegħu, u t-tweġiba tiegħek hi valida daqs ta' ħaddieħor. Madankollu, ma jfissirx li kull opinjoni personali hi neċessarjament korretta. Infatti, meta għandek nies bi ħsibijiet diversi u kontradittorji, ma jistax ikun li kulħadd għandu raġun. Mhux kull realtà hi bħall-gosti għall-ikel! Hi assurdità jekk naħsbu li kull idea hi valida. Hemm opinjonijiet żbaljati! Wieħed jemmen li l-abort qtil; l-ieħor jemmen li l-abort mhux ħażin, anzi d-dritt ta’ kull mara li tagħżel x’tagħmel bit-tqala tagħha. Ħaġa waħda hi żgura: opinjonijiet kontradittorji ma jistgħux ikunu t-tnejn korretti. Il-Kristjan jemmen li hemm Alla wieħed; l-ateist konvint li m’hemmx Alla, imma żgur li mhux it-tnejn għandhom raġun! Il-Kristjan jemmen li b’Ġesù bis