Posts

Showing posts from June, 2018

Il-Futur tat-Tfal

Image
Kultant nistaqsi lili nnifsi: x’irrid għall-futur ta’ wliedi? Irridhom jagħmlu suċċess, għalkemm naf li fid-dinja se jkollhom sehem mis-sabiħ u mill-ikraħ ukoll. Hekk hi l-ħajja. Madankollu, bħal ħafna ġenituri oħra, nixtieq li t-tfal jikbru b’saħħithom, ikunu soċjevoli, jitgħallmu l-iskola, ikunu bieżla fix-xogħol, jibnu l-bejta tagħhom, u jgħixu ħajja twila u ferħana. Dawn il-ħwejjeġ huma kollha sbieħ imma m’humiex biżżejjed. Jien irrid li aktar mit-tagħlim akkademiku, uliedi jitgħallmu u jemmnu l-evanġelju. Irridhom li jinġiebu ma' ħaddieħor u jkunu ġenerużi, imma nixtieq fuq kollox li jkollhom relazzjoni ta’ ħbiberija m’Alla. Aktar mill-pjaċiri li toffri d-dinja, nixtieq li qalbhom timtela bil-ferħ tal-Ispirtu s-Santu. Nixtieqhom jgħixu ħajja twila, imma aktar minn hekk, li jgawdu l-ħajja eterna permezz ta’ Ġesù Kristu. Dan huwa s-suċċess li nixtieqilhom, suċċess li jiena b’ħilti ma nistax nagħtihulhom. Għalhekk irrid nimpenja ruħi biex nitlob aktar għalihom. Irrid i