Posts

Showing posts from July, 2018

Fi Ħdan il-Missier

Image
Sabiħa wisq ir-rabta tal-missier ma' wliedu! Sfortunatament mhux kulħadd kellu x-xorti li jitrabba fl-għożża ta' missieru. Forsi minħabba mewt jew separazzjoni, jew attitudni goffa u ħarxa tal-missier, jew għax il-missier twarrab mill-ħajja ta' wliedu għax kellu ħwejjeġ aktar "importanti" x'jagħmel. Madankollu kulħadd jista' jgawdi minn imħabba paterna li tisboq bil-wisq kull relazzjoni umana ... għax kull wieħed u waħda minna nistgħu mmorru għall-wens t'Alla l-Missier! “Lil dawk li laqgħu (lil Ġesù) tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla, dawk li jemmnu f'ismu” (Ġwanni 1:12). Dawk kollha li jemmnu fi Kristu huma wlied addottivi t’Alla, u jistgħu jsejjħulu, "Abba, Missier." (Galatin 4:6). Darba t-tifel qam imwerwer bil-lejl jgħajjatli. Sibtu fil-kamra tiegħu bilqiegħda fis-sodda. "Papà," qalli imbikkem, "kelli ħolma kerha." "Trid tgħidli x'kienet il-ħolma jew trid tinsieha?" staqsejtu. "Irri