Posts

Showing posts from August, 2018

Il-Gideb Joħroġni mill-Gwaj?

Image
Fil-kexxun sibt komponiment ta’ żmien is-sixth form. It-titlu hu provokanti u jġegħlek taħseb: “Jekk il-gideb joħroġni mill-gwaj, għaliex għandi ngħid il-verità?” Dak Iż-żmien kont ktibt hekk … “Nigdeb biex noħrog mill-gwaj? Mhix idea tajba jew? Ġieli provajtha fil-prattika? Taħdem tafx! Min jaf kemm il-darba m’għamilx il-homework u b’naqra gidba ħlistha ħafif. Jew, kemm frankajt kastigi u trouble mal-ġenituri billi għawwiġt ftit il-verità jew waħħalt kollox f’oħti. Jogħġobni dan il-ħsieb! L-importanti li nġawdi jien u ma nbatix konsegwenżi. Għaliex għandi ngħid lil barman li tani nofs lira bqija flok munita ta’ ħamsa u għoxrin ċenteżmu? Il-flus għandi fejn nonfoqhom. Għaliex għandi ngħid l-għalliem li dan l-essay għamiltu b’għajnuna ta’ ħabib tiegħi? Jagħtini aktar punti jekk ma ngħidlu xejn. Mhux punti għandi bżonn biex immur tajjeb u nitla’ għat-tieni sena? Għada pitgħada meta nibda naħdem u ndaħħal il-paga, għaliex għandi niddikjara kull ċenteżmu fir-return ta’ l-income