Posts

Showing posts from September, 2018

Xbihat ta’ Kristu

Image
Xi ngħidu dwar ix-xbihat ta’ Kristu: l-istatwi, il-pitturi li naraw fil-knejjes u s-santi? Apparti l-valur artistiku tagħhom, ejja ngħidulha kif inhi: dawn huma biss frott l-immaġinazzjoni tal-artisti u l-iskulturi, u m’humiex xbihat vera tal-Mulej. X’tgħallem l-Iskrittura dwar hekk? Aħna nemmnu li l-Iben etern t’Alla sar tassew bniedem. In-nies ta’ żmienu rawh, messewh u tkellmu miegħu. Aħna m’għandniex dan il-privileġġ. L-Iskrittura tagħtina ħjiel dwar id-dehra tal-Messija: “Ebda sura ma kellu, u ebda ġmiel biex inħarsu lejh, jew xi sura biex nitgħaxxqu bih” (Isaija 53:2). Il-glorja ta’ Kristu ma kienitx fid-dehra fiżika tiegħu. Mhux biss, waqt il-passjoni, in-nies indehxu minnu għax wiċċu kien hemm imħassar li lanqas kien donnu ta’ bniedem (Isaija 52:14). Ġesù għadda minn din il-ħruxija biex jikseb il-fidwa tal-knisja tiegħu. Mhux ta’ b’xejn li l-knisja tgħożż il-Maħbub tagħha, u tgħix bit-tama tad-dehra tiegħu. Imma għalissa jeħtieġ tistenna. L-Appostlu Pietru kiteb lill-I