Posts

Showing posts from December, 2018

Meta jonqosni l-kuraġġ

Image
X’jista’ jagħmlilna l-ħila fl-inċertezzi u l-isfidi li hemm quddiemna. Il-kuraġġ insibuh fil-Mulej Ġesù, kif nitgħallmu minn dan ir-rakkont fil-Vanġelu. 'Darba fost l-oħrajn tela' fuq id-dgħajsa mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: ‘Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor tal-għadira.’ U qadfu 'l barra. Huma u sejrin, marret għajnu bih. U qam riefnu kbir fuq l-għadira, id-dgħajsa bdiet timtela bl-ilma, u sabu ruħhom f'qagħda mwiegħra. Għalhekk resqu lejh, qajjmuh u qalulu: ‘Mgħallem, Mgħallem, se nintilfu!’ Hu qam, ordna lir-riħ u lill-mewġ imqalleb, u dawn siktu u waqgħet il-kalma. U qal lid-dixxipli: ‘Fejn hi l-fidi tagħkom?’ Qabadhom il-biża', u mistagħġba bdew jgħidu lil xulxin: ‘Dan min hu, mela, biex jordna saħansitra lill-irjieħ u lill-baħar u huma jisimgħu minnu!’’ (Luqa 8:22-25). Hi ħaġa naturali li nibżgħu meta nkunu mhedda minn forzi akbar minna. Hekk ġralhom id-dixxipli. Twerwru, avolja xi wħud minnhom kienu sajjieda ta’ esperjenza. Is-sens ta’ paniku jinstema’

X'tixtieq: il-paċi m'Alla jew il-flus u s-saħħa?

Image
1. Jekk  tixtieq il-flus u s-saħħa  aktar mill-paċi m’Alla, aħseb ftit fuq l-għażla tiegħek. Għaliex trid dawn il-ħwejjeġ? Forsi timmaġina li aktar ma jkollok ġid materjali aktar se tkun ferħan? Jew taħseb li tista’ tkun hieni biss meta tkun b’saħħtek? Hemm minn għandu flus aktar milli jesa’ ġildu, u għandu saħħa biex ibiegħ, u xorta waħda huwa indannat. Ġesù wissiena li “imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu” (Luqa 12:15). Ħabib, inti tixtieq il-ferħ, imma qed tfittxu f’post żbaljat. Qed tiġri wara r-riħ. Il-pjaċiri ta’ din id-dinja huma għal mument biss. Qalbek mhux se ssib mistrieħ jekk mhux fil-Ħallieq tiegħek. 2. Jekk tixtieq il-paċi m’Alla , imma s’issa għadek miksur miegħu, agħmel kuraġġ! Tassew, dnubietek joffendu lil Alla li ħalqek u qed iżommok ħaj. Dnubietek jifirduk minnu. Madankollu l-Mulej Ġesù kien mibgħut apposta għalhekk; ġie biex iħabbeb il-midneb m’Alla. Bil-mewt fuq is-salib u l-qawmien tiegħu, Ġesù jneħħi minn nof