Posts

Showing posts from February, 2019

Ħtija Tiegħi

Image
Nixtieq nagħmel żewġ osservazzjonijiet dwar l-att penitenżjali tal-bidu tal-quddiesa, meta s-saċerdot jitlob flimkien mal-poplu: “Nistqarr ‘l Alla li jista’ kollox, u lilkom, ħuti, li jiena dnibt ħafna bil-ħsieb, bil-kliem, bil-għemil, u billi ħallejt dmirijieti; ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi. Għalhekk nitlob lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni, lill-Anġli u ‘l-Qaddisin kollha, u lilkom, ħuti, biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.” 1. Huwa sewwa li nammettu m’Alla li dnibna kontrih. Dan huwa l-ewwel pass li jwassalna għar-rikonċiljazzjoni, kif tgħallem l-Iskrittura: “Min jaħbi ħtijietu ma jiksibx ġid, imma min jistqarrhom u jaqtagħhom jaqla' l-ħniena” (Pro. 28:13). Naturalment kulħadd jista’ jirrepeti din it-talba b’ilsienu, u saħansitra jħabbat fuq sidru, imma b’daqshekk ma jfissirx li jkun tassew niedem. Jista’ jkun hemm baħar jaqsam bejn il-kliem u l-qalb. Alla mhux impressjonat bil-formalità, imma qalb sobgħiena u maqsuma, żgur ma jwarrabhie