Posts

Showing posts from March, 2019

Ġesù Biss il-Medjatur

Image
Id-dnub jifridna minn Alla. Neħtieġu medjatur, wieħed li jneħħilna kull ħtija u jirrikonċiljana m’Alla. Għandna bżonn lil xi ħadd li jaqbad idejna u idejn Alla, u jpoġġihom flimkien. Nizzuħajr 'l Alla li provdielna medjatur bħal dan, kif jgħallimna fl-Iskrittura Mqaddsa: “Għax wieħed hu Alla, u wieħed hu l-medjatur bejn Alla u l-bniedem, il-Bniedem Kristu Ġesù, li ta lilu nnifsu bħala prezz tal-fidwa għal kulħadd; u x-xhieda ta' dan ngħatat f'waqtha” (1 Timotju 2:5-6). Daqskemm nemmnu f’Alla wieħed, daqshekk ieħor nemmnu li hemm medjatur wieħed. Mhux tnejn, tlieta jew aktar. “Wieħed hu l-medjatur,” tiddikjara l-Iskrittura. Pont wieħed hemm li jgħaqqad l-art mas-sema, u jħabbeb il-midneb mal-Ħallieq. Dan il-medjatur uniku huwa l-Bniedem Kristu Ġesù. Ġesù biss jikkwalifika għal dan il-ministeru, għal diversi raġunijiet: Ġesù huwa bniedem , u għalhekk jista’ jkun ir-rapreżentat tagħna l-bnedmin quddiem Alla. Għalhekk ‘Verbum Dei caro factum est’ – l-Iben etern t'Alla, l