Posts

Showing posts from July, 2019

Min hu l-Avukat Tiegħek?

Image
Kitibli ħabib tiegħi u qalli li hi ħaġa sabiħa titlob l-interċessjoni tal-Madonna. M’hemm xejn ħażin, kompla jgħidli, għax bħal ma ngħidu fis-Salve Reġina, aħna lill-Madonna nsejħulha ‘Avukata tagħna,’ u allura hi tidħol għalina fil-bżonnijiet tagħna quddiem il-Missier. Nixtieq naqsam magħkom it-tweġiba tiegħi għax dan huwa suġġett li għandu jinteressa lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom it-tagħlim Nisrani. Jien ktibt hekk ... Il-kumment tiegħek ġegħlni naħseb. Naqbel miegħek li jekk Marija hi ‘l-Avukata tagħna l-midinbin,’ allura jkun sewwa nitolbu l-interċessjoni tagħha quddiem il-Missier. Fl-istess ħin tajjeb nistaqsu x’tgħallem l-Iskrittura fuq hekk. Jiġini f’moħħi dak li qal l-Appostlu Ġwanni: “Uliedi, dan qiegħed niktibhulkom biex ma tidinbux; imma jekk xi ħadd jidneb, aħna għandna Difensur quddiem il-Missier, lil Ġesù Kristu, il-ġust. U hu jħallas għal dnubietna, mhux għal tagħna biss, iżda wkoll għal dawk tad-dinja kollha” (1 Ġwanni 2:1-2). Ġesù huwa d-Difensu