Posts

Showing posts from October, 2019

Jien favur il-Ħajja

Image
Jien nemmen li t-tarbija fil-ġuf jistħoqqilha rispett, protezzjoni u mħabba, u mhux is-sikkina tal-abort, għal tlett raġunijiet ... 1. Bħala tabib mediku naf li tarbija fil-ġuf hi ħajja umana Ix-xjenza tgħallimna li l-ħajja umana, mnissla mill-omm u l-missier, u distinta minnhom, tibda mal-konċepiment. Meta b’ultrasound nittawlu fil-ġuf, anki ftit ġimgħat wara l-konċepiment, naraw ir-ras, il-ġisem, id-dirgħajn u r-riġlejn jiċċaqilqu, naraw il-moħħ u l-qalb tħabbat. Din hi tarbija, bid-DNA, blood group, u fingerprints tagħha. Ejja nkunu ċari: meta nitkellmu dwar l-abort, qed nitkellmu dwar il-qtil ta’ ħajja umana, il-qtil ta’ tarbija! Kull tabib hu msejjaħ biex ijħares il-ħajja, mhux joqtolha. Għalhekk jien kontra l-abort. 2. Bħala bniedem jien għandi sens ta’ ġustizzja Jien għandi dritt għal ħajja, l-istess inti, u kull bniedem ieħor, inkluż t-tarbija fil-ġuf. Jien ma rridx min jagħmilli ħsara jew joqtolni intortament, u allura jien m'għandhiex nagħmel ħsara lil ħadd. Kif nixt

L-aħħar 24 siegħa ta' ħajtek

Image
Staqsejt fuq facebook il-mistoqsija, ‘Kieku tkun taf li fadallek biss 24 siegħa ħajja, x'tagħmel?’ Predominanti fost it-tweġibiet kienet l-imħabba lejn il-familja, speċjalment lejn it-tfal. Dan is-sentiment qawwi deher fi kliem bħal, 'inqatta' kull sekonda mat-tfal tiegħi sal-aħħar nifs' ...'infakkarhom kemm inħobbhom' ... ‘ngħannaqhom miegħi sal-aħħar’. M’għandix dubju li l-isbaħ rigal t’Alla f’din il-ħajja hi l-imħabba tal-familja. Għalkemm ma nafux meta, nafu li xi darba se nitilqu mid-dinja. Bid-dmugħ f’għajnejna jkollna nsellmulhom għall-aħħar darba u nħalluhom. Illum iċ-ċans tagħna li nuru mħabbitna lill-għeżież tagħna. Imma lanqas l-familja ma tista’ tagħtina tama li tmur ‘l hemm mill-qabar. Xi wħud wieġbu, forsi b’umoriżmu, li jindafru jieklu gelati, donuts, ċikkulata u jixorbu l-inbid u l-whisky. Kultant niċċajtaw għax inħossuna skomdi nitkellmu bis-serjetà dwar il-brevità ta’ ħajjitna u dak li hemm jistenniena wara. Kien hemm oħrajn li t