Posts

Showing posts from November, 2019

Il-ferħ t'Alla

Image
Alla hu ferħan! L-Iskrittura tiddeskrivih bħala ‘Alla l-imbierek’. Il-kelma ‘imbierek’ tfisser ferħan. Alla hu tassew kuntent, u mill-hena tiegħu għandu l-pjaċir iferraħ lil poplu tiegħu. ‘Iva, nifraħ nagħmlilhom il-ġid’ (Ġer 23:41). Għalhekk meta bagħat lill-Ibnu fid-dinja, l-anġlu ġab ‘aħbarijiet tajba ta’ ferħ kbir li jkunu għall-poplu kollu’ (Luqa 2:10). Ġesù stess talab għad-dixxipli tiegħu, ‘biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi’ (Ġwanni 17:13). Ġesù jaqsam il-ferħ tiegħu magħhom, anke meta dan kien ifisser għalih il-passjoni u l-mewt tas-salib biex jiksbilhom l-fidwa. Mhux biss, wara li qam mill-mewt u tela’ lura lejn is-sema, il-Mulej bagħat l-Ispirtu s-Santu biex jgħammar fihom, u biex jipproduċi f’ħajjithom l-frott tal-imħabba, il-ferħ u s-sliem. Daħħalhom fis-saltna tiegħu, saltna ta’ ‘ġustizzja, u sliem, u ferħ fl-Ispirtu s-Santu’ (Rumani 14:17). Mhux ta’ b’xejn li d-dixxipli tiegħu jgħidulu minn qiegħ qalbhom: ‘Imbierek ikun Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, l