Posts

Showing posts from January, 2020

Nixtieq il-Paċi

Image
  Qalbna tixxennaq għas-sliem. Mhux biss li ma jkollniex ġlied u nkwiet ma’ ħaddieħor, u li ngħixu f’armonija flimkien, imma wkoll li fina nħossu sens ta’ trankwilità u kuntentizza. Forsi bla ma nirrealiżżaw, l-akbar bżonn li għandna għall-paċi huwa li nkunu sewwa m’Alla, il-Ħallieq tagħna. Għalhekk hi tant sininfikanti l-benedizzjoni li jagħti l-Appostlu Pawlu fil-bidu tal-ittri tiegħu. “Grazzja lilkom u sliem mingħand Alla Missierna u Sidna Ġesù Kristu.” Ninnotaw, l-ewwelnett, x'inhi l-għajn tas-sliem. Il-paċi ta’ vera tiġi mingħand Alla l-Missier. Huwa Alla tas-sliem (Filippin 4:9). Jekk tassew irridu nesperjenzaw is-sliem m’hemm ebda post ieħor fejn insibuh. X'ħasra li tant nies jitbiegħdu minn Alla għax jaħsbu li jaqblilhom imma fil-verità qalb il-bniedem ma ssibx mistrieħ ħlief f'Alla. Ninnotaw ukoll li qabel is-sliem, l-Appostlu jsemmi l-grazzja. Ma jistax ikollna s-sliem jekk mhux bi grazzja minn Alla . Grazzja tfisser favur jew pjaċir. Fil-ħniena u t-tjieba

X’Se Toffri lil Alla?

Image
Jekk int Nisrani, kont taf li int saċerdot? Sew jekk inti raġel jew mara, u hi x’inhi l-età tiegħek, ladarba inti membru fil-knisja ta’ Kristu, inti tassew qassis għal Alla. Hekk tgħallimna l-Iskrittura. L-Appostlu Pietru jgħid li l-Insara kollha huma saċerdozju. “Intom ukoll, bħal ġebel ħaj, intom mibnijin bini spiritwali, bħal saċerdozju qaddis, biex toffru sagrifiċċji spiritwali li jogħġbu ’l Alla b’Ġesù Kristu ... Intom ġens maħtur, saċerdozju rjali, nazzjon qaddis, poplu miksub biex ixxandru t-tifhir ta’ dak li sejħilkom mid-dlam għad-dawl tiegħu tal-għaġeb” (1 Pietru 2:5, 9). L-Appostlu Ġwanni jfaħħar lil Sidna Ġesù għax għamilna qassisin. “Lilu li ħabbna, u li ħallna minn dnubietna f’demmu stess, u għamilna saltna, qassisin għal Alla u Missieru; lilu glorja u qawwa għal dejjem ta’ dejjem. Ammen ... Int kont maqtul, u fdejtna għal Alla b’demmek minn kull tribù, u lsien, u poplu, u ġens, u għamiltna għal Alla tagħna slaten u qassisin ” (Rivelazzjoni 1:5-6; 5:9-10). Ladarba