Il-Ġimgha, is-Sibt u l-Ħadd


Tlett ijiem kruċjali fl-istorja tad-dinja.
Il-Ġimgħa, Kristu miet bi tpattija għad-dnubiet tal-poplu tiegħu.
Is-Sibt, il-ġisem mejjet ta’ Kristu kien fil-qabar.
Kmieni l-Ħadd filgħodu, il-Mulej Ġesù qam rebbieħ minn bejn l-imwiet.
Fi tlett ijiem Kristu kiseb il-fidwa tal-poplu tiegħu.

Din l-grajja hi l-Evanġelju, il-Bxara t-Tajba, l-isbaħ aħbar li qatt ixxandret fid-dinja.
Lil dawk li jafdaw fi Kristu, Alla jaħfrilhom u jħarishom matul ħajjithom biex fl-aħħar jilqagħhom fl-hena tal-Ġenna.

F'dawk it-tlett ijiem id-dixxipli kellhom esperjenzi varji ...
Il-Ġimgħa tfixklu u ħarbu.
Is-Sibt tnikktu, beżgħu u staħbew.
Il-Ħadd ferħu u taw qima lill-Mulej Ġesù.

Matul l-pellegrinaġġ tagħna, se jkollna “Ġimgħat” u “Sibtijiet” ... imma llum l-Ħadd, Jum il-Qawmien, ejja nifirħu fih u nagħtu qima lill-Feddej tagħna, Sidna Ġesù.

Kristu miet għal dnubietna skont l-Iskrittura ... kien midfun u reġa’ qam it-tielet jum skont l-Iskrittura (1 Korintin 15:3).