Iħarsu lejja, lejn min huma nifdu


Tant ħwejjeġ madwarna jiġbdulna l-attenzjoni, imma m'hemmx xejn isbaħ milli nħarsu lejn Dak li darba kien imsammar u minfud. L-Iskrittura tpinġilna dawn il-ħames kwadri:

1.

“Nifduli jdejja u riġlejja” (Salm 22:16).
Il-profeta David jantiċipa t-tislib tal-Messija: idejh u riġlejh kellhom ikunu msammra ma' salib.

2.

“Hu kien miġruh minħabba ħtijietna” (Iżaija 53:5).
Il-profeta Iżaija jagħtina r-raġuni għaliex Ġesù kien minfud: il-Messija ħa l-kastig minflok niesu sabiex jeħlishom minn kull ħtija.

3.

Il-Mulej Alla jgħid, “Iħarsu lejja, lejn min huma nifdu” (Zakkarija 12:10).
Il-profeta Żakkarija jidentifika l-Messija bħala l-Mulej; il-bniedem li kien minfud huwa wkoll Alla.

4.

"Wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu bil-lanza” (Ġwanni 19:34).
L-Appostlu Ġwanni jagħti xhieda tal-avveniment storiku: Ġesù kien imsallab, miet u ġenbu kien minfud. Dak li kien imħabbar minn qabel, seħħ.

5.

“Ara, ġej mas-sħab; u tarah kull għajn u dawk ukoll li nifduh” (Rivelazzjoni 1:7).
L-Appostlu Ġwanni jipprofettizza x'għad iseħħ fil-futur: Dak li darba kien minfud se jerġa’ jiġi fil-glorja.

U Inti?

Ħares lejh, ħabib, lejn dak li kien imsammar mal-għuda tas-salib, lejn dak li nifduh, u afda fih għas-salvazzjoni ta’ ruħek. Emmen li hu tassew Alla u tassew bniedem. Emmen li Ġesù miet għal dnubietek, li hu ħa l-kastig li kien jixraq lilek. Emmen li qam minn bejn l-imwiet u li għad jerġa’ jiġi.

Meta jirritorna fil-glorja, se titnikket għax tkun injorajtu matul ħajtek, u jikkundannak fl-infern? Jew tifraħ bih, tagħtih qima u tgawdih għal dejjem?