Posts

Showing posts from March, 2010

Ftakar Fija

Image
Mulej, ftakar fija meta tiġi fis-saltna tiegħek. Ngħidlek is-sewwa li llum tkun fil-Ġenna miegħi. (Luqa 23:42, 43) Tasal is-siegħa meta kull wieħed minna jrid jħalli din id-dinja. Il-mewt iġġib fi tmiemha l-ħajja f’din l-art, u tiftaħ il-bieb għal ħajja oħra, fil-preżenza t’Alla fil-Ġenna jew ’l bogħod minnu fl-Infern. Ħabib, ippermetti nagħmillek mistoqsija serja. Taf x’inhu d-destin etern tiegħek; taf fejn sejjer wara li tmut? Fl-evanġelju l-Mulej Ġesù jagħtina tama ħelwa u ġenwina lil dawk kollha li jafdaw fih. Wieħed mill-irġiel msallba ma’ Kristu, illum jinsab il-Ġenna. Dakinhar stess li ħalla din id-dinja mar mal-Mulej fil-glorja. Dan nafuh għaliex il-wegħda ta’ Kristu ma tistax tfalli. Ladarba qallu, ‘Illum tkun miegħi’, nistgħu nibqgħu ċerti li hekk ġara - illum, dakinhar stess li miet, mar igawdi lil Kristu. Imma nistaqsu, għaliex mar il-Ġenna? Forsi kien raġel bla dnub? Forsi kien raġel ġust għax għamel opri tajba u għex ħajja qaddisa? Forsi kien jistħoqqlu l-Ġenna?