Dwarna


e-Vanġelu

Dan il-blogg jiġbor fih kitbiet qosra bil-Malti biex iwassal messaġġ ta' tama mill-Iskrittura Mqaddsa lill-Maltin. L-evanġelju messu jixxandar b'kull mezz possibbli, anke elettroniku – għalhekk "e-Vanġelu". L-għan hu wieħed: li Kristu jkun magħruf fis-sebħ tiegħu sabiex aktar nies jafdaw fih għas-salvazzjoni tagħhom, u jgawdu l-ferħ u s-sliem tiegħu.

L-Awtur

L-awtur, Joseph Mizzi, twieled ir-Rabat, Għawdex, f'1966. Miżżewweġ lil Joanne; għandhom tlett itfal, John, Elizabeth u Mari. Jaħdem bħala tabib speċjalista tat-tfal. Huwa Kristjan evangeliku u membru fil-Knisja Evanġelika Trinità.

“Permezz tal-Iskrittura tgħallimt nafda fi Kristu biss is-salvazzjoni ta' ruħi. Irrid ngħix biex nsebbħu, ngawdih u biex inkun strument tal-imħabba tiegħu għal kulħadd, speċjalment billi nkun vuċi għall-messaġġ tal-evanġelju.”

Kuntatt