Posts

O Alla, kun ħanin miegħi, midneb!

Image
Żewġ irġiel telgħu t-tempju jitolbu. Meta marru lura d-dar wieħed minnhom kien ġustifikat — sewwa m’Alla — filwaqt li l-ieħor baqa’ ħati bħalma kien qabel, avolja kien mingħalih li hu tajjeb. Ta’ min nistaqsu, "Jien ġustifikat? Jien sewwa m’Alla?" Wara kollox, is-sabiħ u l-ikrah ta’ din il-ħajja jgħaddu bħal żiffa riħ; wisq aktar importanti li nkunu paċi m’Alla għax il-ferħ li jagħtina jibqa’ għal dejjem. Ġesù jirrakkonta l-istorja tal-Fariżew u l-pubblikan (Luqa 18:9-14) biex l-ewwelnett nevitaw l-isqaq li jsibu ruħhom fih ħafna nies reliġjużi li ma jwassal għal imkien; jgħidilna wkoll kif insibu t-triq li twassalna għall-ħajja. X’kienet il-problema tal-Fariżew? Dan kien raġel reliġjuż, rispettat minn kulħadd, josserva l-liġi b’reqqa, jaħrab id-dnub, isum u jagħti karità. M’hemmx xi ngħidu dawn il-ħwejjeġ huma kollha tajbin. Għaliex mela baqa’ mhux ġustifikat quddiem Alla? Il-problema ewlenija kienet il- kburija. Mar quddiem Alla jiftaħar b’rixu, u jekk ma tridx, jit...

Ħenn Għalija

Image
F’min qed tafda s-salvazzjoni ta’ ruħek? Ġesù jgħidilna storja dwar żewġt irġiel Lhud – Fariżew u publikan (Luqa 18:9-14). It-tnejn kienu jemmnu f’Alla. Wieħed kien jgħix ħajja reliġjuża u eżemplari; l-ieħor ma tantx kellu reputazzjoni tajba. It-tnejn telgħu t-tempju jitolbu. Il-Fariżew qagħad jiftaħar b’rixu u ma talab għal xejn. Il-publikan, bħal tallab, fittex il-ħniena. It-tnejn niżlu d-dar. Il-Fariżew baqa’ kif kien qabel – ħati f’għajnejn Alla (għalkemm mingħalih kien ġust). Il-publikan mar lejn daru ġustifikat, ħieles u paċi m’Alla. Għax, jgħidilna l-Imgħallem, kull min jitkabbar, jiċċekken, u min jiċċekken, jitkabbar. Il-kburija tal-ewwel wieħed għamitu. Ma rax lilu nnifsu kif tassew kien – midneb. Għalhekk baqa jħares lejh innifsu u lejn għemil idejh minflok ma fittex 'l Alla għall-maħfra. Ma talbu xejn u ma qala xejn. Mill-banda l-oħra, il-publikan kien umli u realistiku. Ra ċar li kien midneb, ħati u fallut. Ma kellu ebda pretensjoni jew mertu. Dawwar ħarstu ...

Ferħ Intelliġenti

Image
Leo Tolstoy kien wieħed mill-akbar kittieba ta’ kull żmien. Kien famuż, għani, kellu familja tajba u mogħni b’talenti straordinarji. Kiseb dak li ħafna nies lanqas biss joħolmu bih. Madankollu, f’nofs ħajtu, Tolstoy waqa’ f’disperazzjoni kbira. Għaliex? Beda jaħseb bis-serjetà dwar il-ħajja u l-mewt. Kien jemmen li bil-mewt jispiċċa kollox. Għalhekk beda jistaqsi lilu nnifsu: X’jiswew is-suċċessi tiegħi, il-ġid, il-fama, u saħansitra l-familja, jekk illum jew għada lkoll se mmutu, u kollox jispiċċa fix-xejn? Aktar ma kien jaħseb dwar l-implikazzjonijiet ta’ twemminu, aktar kien jinfena bid-dwejjaq. Fil-ktieb tiegħu Stqarrija, Tawh parir biex ma joqgħodx jaħseb wisq dwar il-ħajja: Żomm ruħek okkupat. Ħu gost. Sib xi ħaġa biex taljenak. Aħseb inqas, u għix. Tolstoy ma setax iġerraħ din l-inkonsistenza. Kiteb, “Il-bniedem jista’ jibqa’ jgħix biss sakemm ikun fis-sakra bil-ħajja; malli jiġi f’sensih, ma jistax ma jarax li kollox hu frugħa — frugħa bla sens!” Kemm hi differenti l-fidi Nisra...

Il-qalb miġugħa tistaqsi

Image
Xewk. Tbatija. Uġigħ. Mard. Traġedji. Diżastri. Inġustizzja. Krudeltà. Mewt. Din hi l-esperjenza iebsa tagħna. Nitħawdu u nitnikktu, u nistaqsu l-kif u l-għala, sikwit bid-dmugħ f’għajnejna u b’toqol f’qalbna. It-tweġibiet insibuhom f’erba’ direzzjonijiet. Inħarsu lura lejn l-oriġini ta’ kollox. Il-ħolqien kien magħmul tajjeb. L-inkwiet beda meta l-bniedem għażel li jisfida lil Alla li ħalqu. Id-dnub ġab is-saħta li llum nosservaw u nġarrbu. Inħarsu ’l fuq lejn Alla fil-glorja. Fost l-inġustizzji, Alla jibqa’ ġust u rett. Fost il-kefrija, Alla jibqa’ ħanin u tajjeb. Fil-qtigħ il-qalb, Alla jibqa’ l-għajnuna u r-rifuġju tagħna. Fost it-taqlib u t-taħwid, is-Sovran jibqa’ fil-kontroll perfett ta’ kollox. Inħarsu ’l isfel lejn Alla fl-umiltà tiegħu. Alla mhux maqtugħ mit-tbatija tagħna. Refa’ l-uġigħ u ġarr it-tbatijiet tagħna; kien minfud minħabba dnubietna, misħuq minħabba l-ħażen tagħna. Is-siġra tal-Eden kienet il-bidu tal-inkwiet; is-siġra tal-Kalvarju kienet il-bidu tat-tmiem tieg...

Alla ma jistax ikun inġust

Image
Hemm xi ħwejjeġ li Alla ma jistax jagħmel. Alla ma jistax jigdeb (Lhud 6:18); ma jistax jiċħad lilu nnifsu (2 Tim 2:13); u Alla ma jistax iwettaq inġustizzja (2 Kronaki 19:7). Għalhekk żgur li Alla se jkun ġust fil-kundanna tal-ħżiena; Alla huwa wkoll ġust fis-salvazzjoni tal-poplu tiegħu. Ma jistax sempliċiment jagħlaq għajn waħda u taparsi jinsa dnubietna biex ikun tajjeb magħna. Immaġina xena fil-qorti. Wieħed kriminal jinġieb quddiem imħallef. L-imħallef jisma’ x-xhieda u jeżamina sewwa l-provi kontrih. Jidher ċar li l-imputat huwa ħati ta’ ksur tal-liġi u li ħaqqu l-kastig. Madankollu fis-sentenza tiegħu l-imħallef jistqarr: ‘Inti ħati. Ħaqqek kastig. Imma jien irrid inkun tajjeb miegħek. Ma jimportanix x’tgħid il-liġi, jien se nilliberak. Tista’ tmur.’ X’naqbdu ngħidu fuq dan l-imħallef? Forsi li hu inkompetenti, korrot, inġust ... imma hu żgur li ma nistgħux ngħidu li hu mħallef tajjeb! Mhux iwettaq xogħlu kif imiss! Imma ejja nimmaġinaw li dan l-imħallef jikkundanna l-ħa...

Eli, Eli, lema sabaqtani

Image
Minn fuq is-salib, Ġesù kkwota l-ewwel vers ta’ Salm 22 biex jesprimi t-torment ta’ ruħu. “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni? Meta naqraw dan is-salm, ninnotaw li s-salmista kien konfuż, bħal donnu ried jgħid ’l Alla: “Il-poplu tiegħek afda fik u talbek, u inti dejjem smajt l-għajta tagħhom u ħlisthom. Qatt ma kienu diżappuntati, imma lili ma smajtnix. Għaliex, mela, lili abbandunajtni? Din hi għajta ta’ tbatija immaġġinabbli ta' Bin Alla — Alla l-Missier, jitlaq lil Ibnu l-għażiż, għat-tmaqdir u l-istmerrija tal-għedewwa tiegħu. Għajta ta’ wġigħ, iva, iżda mhix għajta ta’ sfiduċja f’Alla! Altru li le — għal darba darbtejn, Ġesù jsejjaħlu, Alla tiegħi! Anke fid-dlam tal-abbandun, Ġesù jibqa’ jafda f’Missieru. Għaliex, mela, Ġesù għamel din il-mistoqsija xokkanti u semgħuh dawk li kienu madwaru, u allura, skont it-testimonjanza tagħhom, nisimgħuh aħna wkoll illum? Ċertament, għall-benefiċċju tagħna — sabiex aħna nikkonsidraw sew ir-raġuni għaliex il-Missier telaq ’l Ibnu fuq...

Bilwieqfa jew bilqiegħda

Image
Niftakar lil ommi għaddejja taħdem il-ġurnata kollha — tnaddaf, taħsel il-ħwejjeġ, issajjar, toħroġ tixtri, u tant faċendi oħra fid-dar. Kienet mara bieżla. Imma flgħaxija kienet tintefa’ bilqiegħda tistrieħ. Dak kien ifisser li x-xogħol li kellha tagħmel għal dak il-jum kien lest. Il-Bibbja tagħmel kuntrast bejn il-qassisin Leviti tat-Testment il-Qadim, ma’ Ġesù, il-Qassis il-Kbir tagħna fit-Testment il-Ġdid. “U kull saċerdot, bilwieqfa ta’ kuljum, jaqdi u joffri sikwit l-istess sagrifiċċji, li ma jistgħu qatt ineħħu d-dnubiet, imma dan, wara li offra sagrifiċċju wieħed għad-dnubiet għal dejjem, poġġa fuq il-leminija t’Alla” (Ebrej 10:11–12). Fuq naħa għandna l-qassisin Leviti, bilwieqfa; fuq in-naħa l-oħra, Ġesù jinsab bilqiegħda. Dan ifisser li x-xogħol tal-qassisin Lhud ma kienx komplut, għax is-sagrifiċċji li kienu joffru “ma jistgħu qatt ineħħu d-dnubiet.” Għalhekk kont issibhom ta’ kuljum bilwieqfa fuq l-artal. Ma nistgħux ngħidu l-istess dwar Ġesù. Hu ġie fid-dinja biex joffri ...