Posts

Showing posts from April, 2010

Kastelli tar-Ramel

Image
Il-qawl Malti jgħid, “Kul u tpaxxa għax min hawn għal ġol-kaxxa.” L-appostlu Pawlu jgħid l-istess, “Ħa nieklu u nixorbu għax għada mmutu” (1 Korintin 15:32). Fi kliem ieħor, jekk m'hemm xejn wara l-mewt, gawdi kemm tiflaħ issa għax għada jintemm kollox. Ħafna Maltin ma jemmnux, jew ma jimporathomx, jekk Ġesù qamx mill-mewt, jew jekk il-mejtin għadx jitqajmu fl-aħħar jum. Ma nafx int x’temmen, imma qatt ħsibt bis-serjetà x’inhuma l-implikazzjonijiet ta’ dan kollu? Jekk il-qabar huwa l-aħħar waqfa tal-vjaġġ qasir tagħna, x’attitudni għandna nieħdu għall-ħajja? X’ikun l-iskop li tinkwieta u taħdem daqs kelb biex tmur tajjeb fl-eżamijiet, tibni dar, issir sinjur jew tilħaq fil-karriera tiegħek, jekk kollox jispiċċa bħad-duħħan? Jekk il-mewt ittemm kollox, kollox huwa assurd. It-tmiem tas-sinjur u l-fqir, tal-gharef u min ma jafx, ikunu l-istess – il-vojt, id-dlam, ix-xejn! Anke l-ferħ u t-tbatija, l-imħabba u l-mibgħeda, it-tajjeb u l-ħażin, jitilfu s-sinifikat jekk kollox iwassal