Posts

Showing posts from May, 2010

Għotja lil Alla

Image
Kont għadni daqsxejn ta’ tfajjel immur l-iskola tas-soru. Darba ommi tatni tmintax rbieghi (12c5) biex nagħtiha lis-soru. Xi jiem wara s-soru qassmet rigali mgeżwrin fil-brown-paper lit-tfal kollha tal-klassi. Qaltilna biex nagħtuhom lill-mamà fl-okkażżjoni ta’ Jum l-Omm. Niftakar sew kemm ferħet ommi bir-rigal tieghi – vażett ċkejen taċ-ċeramika ta’ lewn ħadrani. (Dan il-vażett għandu sal-lum fuq xkaffa fid-dar tal-ġenituri tiegħi). Meta kbirt irrejalizzajt li r-rigal li tajt lil ommi kienet ħallset għalih hi stess! F’sens aktar profond, x’nista’ nagħti jien lil Alla, il-Ħallieq u Sid is-sema u l-art? X’nista’ nagħtih jekk mhux dak li provdieli hu stess? Bħalma tgħid l-Iskrittura, “Min qatt ta l-ewwel lilu, biex lilu jinrtadd, għax minnu, u bih, u għalih, huma l-ħwejjeġ kollha” (Rumani 11:35, 36). Aħna totalment dipendenti fuq Alla: ħalaqna hu, tana l-ħajja u jżommna fl-eżistenza. “Aħna fih ngħixu u nitħarrku, u għandna l-eżistenza tagħna” (Atti 17:28). Kull nifs li nieħdu ġej m