Posts

Showing posts from October, 2010

Inti l-Kristu, Bin Alla l-Ħaj

Image
Is-simbolu tal-ħuta, bil-Grieg, ICHTHUS, tirreferi għal Ġesù Kristu, l-Iben t'Alla, Salvatur. Filwaqt li dejjem għandu jkollna rispett u mħabba lejn nies ta’ twemmin ieħor, huwa dmirna l-Insara li ngħollu l-Isem tal-Imgħallem tagħna ‘l fuq minn kollox u minn kulħadd. Meta staqsa x’jaħsbu fuqu, Ġesù ma kienx sodisfatt li n-nies kienu jqisuh bħala wieħed mill-profeti. Lid-dixxipli tiegħu staqsihom x’kienu jaħsbu huma, u kien hawnhekk li Pietru għamel dik l-istqarrija kbira, ‘Inti l-Kristu, Bin Alla l-ħaj.’ Ġesù hu l-Iben t’Alla, u allura hu Persuna distinta mill-Missier u sottomess lejh. Dan ma jfissirx li l-Iben għandu natura differenti mill-Missier. It-tifel tiegħi hu sottomess għalija, missieru; madanakollu, ibni huwa uman bħali u daqsi. Bl-istess mod, Bin Alla għandu l-istess natura Divina bħal Missier. Fil-vanġelu naqraw li darba minnhom il-Lhud riedu joqtlu lil Ġesù ‘għax qal li Alla hu Missieru, u b’hekk għamel lilu nnifsu daqs Alla’ (Ġwanni 5:18). Kristu kkonfer