Posts

Showing posts from March, 2012

Id-Demm ta' Kristu

Image
Min jikser il-liġi ħaqqu jkun ikkundannat ; min jimxi dritt mal-liġi għandu jkun iġġustifikat . Dan hu prinċipju ewlieni tal-ġustizzja. Xi tfisser mela l-Iskrittura meta tgħid, “aħna ġġustifikati b’demmu”  (Rumani 5:9)? Il-Bibbja ssejjaħ "ġustifikati" lil dawk li jemmnu fi Kristu. Imma kif jista’ Alla jqis lill-Insara ġusti ladarba m’humiex bla ħtija? L-Insara, bħall-bnedmin kollha, min jaf kemm-il darba jiksru il-liġi t’Alla. Madankollu, minkejja li jibqgħu jiżbaljaw, Alla jiġġustifikhom; l-Imħallef jiddikjarahom ġusti u jeħlishom minn kull kastig! Ladarba kissru l-liġi, ma kienx messu Alla jikkundannhom u jikkastigahom? Mhux hekk għandu jagħmel Alla biex ikun Mħallef ġust u rett? Mhux biss, meta tgħid li l-Insara huma ġġustifikati “b’demmu,” l-Iskrittura qed tirreferi għall-Iben t’Alla, Ġesù, li xerred demmu fuq is-salib. Il-mistoqsija tiġi weħidhha. Ladarba Kristu kien bla dnub, għaliex kellu jmut? Il-ġustizzja tiddomanda l-ħelsien tiegħu mhux il-kastig. Ż