Posts

Showing posts from August, 2012

Lil Min Tħobb l-Aktar?

Image
Kont qed nipprova nraqqad lit-tifel, u kif nagħmlu s-soltu, konna qiegħdin ngħidu kelma bejnietna fil-kwiet. ‘John, tħobbni?’ staqsejtu. ‘Iva papà, inħobbok,’ weġibni fil-pront. ‘U lill-mamà tħobbha?’ ‘Iva lill-mamà inħobbha.' ‘Lil min tħobb l-aktar,’ staqsejtu biex niġbidlu saqajh, ‘lill-papà jew lill-mamà?’ Ħasibha għal ftit mumenti u qalli, ‘Lil Ġesù inħobb l-aktar.’ Tweġiba f’waqtha u bil-għaqal! L-istess wieġeb il-Mulej meta staqsewh liema hu l-akbar kmandament: ‘Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed’ (Mt 22:37, 38). F’okkażjoni oħra, Ġesù reġa’ tenna li hu jistħoqqlu l-ogħla ġieh, ‘Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi’ (Mt 10:37). Imma min fejn ġab risposta bħal dik tifel ta’ erba’ snin? Sa fejn naf jien qatt m’għidnielu aħna. Min meta kien għadu tarbija