Posts

Showing posts from December, 2012

Il-bidu tal-eżistenza u tal-fidwa

Image
Darba minnhom it-tifel staqsiena fuq il-birthday ta’ Ġesù u l-birthday tal-Papà tiegħu! Mingħajr ma kien jaf it-tifel mess żewġ mistoqsijiet kbar dwar l-bidu tal-eżistenza u l-bidu tal-fidwa tagħna. L-ewwel waħda hi din: Għaliex neżistu aktarx milli ma neżistux? It-tweġiba nsibuha fl-eternalità t’Alla. Alla jeżisti minnu nnifsu. Alla huwa etern. Aħna le. Kien hemm żmien meta ma konniex. Nafu l-bidu u l-eżistenza tagħna f’dak li m’għandux birthday, f’Alla il-Missier, li ħalaq kollox. It-tieni mistoqsija hi din: Kif nistgħu ngawdu relazzjoni ta’ ħbiberija mal-Ħallieq tagħna? Il-twelid ta’ Ġesù jipprovdi t-tweġiba meta nifhmu min kien it-tfajjel ċkejken fi ħdan Marija. Ġesù ma bediex jeżisti fit-tnissil. Kien minn dejjem mal-Missier qabel il-ħolqien. Il-Missier bagħtu mis-sema biex jgħammar fostna. Ma nafux meta kien jum twelidu, imma wisq aktar importnati, nafu li l-Iben etern t’Alla sar bniedem. Meta tnissel fil-ġuf tal-verġni bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, tnisslet ukoll il-