Posts

Showing posts from November, 2013

Il-Purgatorju

Image
Meta kont għadni tifel fid-dar tal-ġenituri tiegħi, kien hemm inkwatru ċkejken imdendel fir-remissa li kien juri l-erwieħ ta’ rġiel, nisa u tfal fin-nar tal-purgatorju. Xena tal-biża’ bħal dik ma tistax ma tħallix impatt fuq il-moħħ ta’ naqra ta’ tifel li kont. It-tagħlim tal-purgatorju jitfa’ dell ta’ twerwir fuq dawk kollha li jieħdu r-reliġjon bis-serjetà, sew żgħar kif ukoll kbar. Illum m’għadekx issib pitturi tal-purgatorju fid-djar, u ftit li xejn għadu jissemma fil-knejjes. L-enfasi fiż-żmienna hi fuq l-imħabba u l-ħlewwa t’Alla, anke jekk qed ninjoraw għal kollox il-ġustizzja u l-qdusija tiegħu. Madankollu l-Iskrittura twissina li Alla jobgħod id-dnub u jikkastigah, u li f’Ġerusalemm tas-sema ma 'tidħol fiha ebda ħaġa mniġġsa’ (Apokalissi 21:27). Ma nistgħux nidħlu l-Ġenna mċappsin bil-ħmieġ tad-dnub. Nitkellem għalija nnifsi, jiena midneb u għandi bżonn purgatorju biex inaddaf ruħi mid-dnub qabel nidħol fil-preżenza t’Alla. Illum nifraħ u nirringrazzja ’l Alla meta naq