Posts

Showing posts from March, 2014

Ġustifikati bil-Fidi

Image
Irrakkontajt lit-tfal meta kont għadni ġuvni ta' 15-il sena u tellawni l-qorti għax soqt mutur tal-ħart fit-triq bla liċenzja (u bla permess ta' missieri). Għajnejn it-tfal daru fid-dmugħ meta semgħu li kont misjub ħati u ikkundannat. Mhix esperjenza sabiħa! Imma kemm ikun agħar jekk nidher quddiem l-Imħallef il-Kbir, u jikkundannani! Ħadd ma jħabbel wisq rasu dwar sentenza fil-qorti sakemm ma jkunx huwa stess l-akkużat. Forsi s'issa ma tantx interessajt ruħek x'tgħallem il-Bibbja fuq "il-ġustifikazzjoni" għax qatt ma ħsibt bis-serjetà li Alla jagħti ġudizzju fuqek - ġudizzju favur jew kontra tiegħek. Lil dawk li ma jemmnux fi Kristu, l-Iskrittura twissihom li huma diġà kkundannati (Ġwanni 3:18). Ikkundannati għax ilkoll ksirna l-liġi t'Alla, u mingħajr Kristu m'hemmx maħfra. Mill-banda l-oħra il-Bibbja tħabbar bil-ferħ li Alla jiġġustifika lil dawk li jemmnu f'Ibnu. Alla diġà qata' s-sentenza favur tagħhom. L-Imħallef jiddikjarahom