Posts

Showing posts from July, 2014

L-iskop ta' ħajti

Image
1. X’inhu l-iskop ta’ ħajti? Li nħobb u li nkun maħbub. Mhux biss li jkolli il-flus, nagħmel suċċess u li nkun b’saħħti. Aktar importanti hi l-imħabba. Doqt l-imħabba ħelwa tal-familja u l-ħbieb. Imma mhux biżżejjed. Irrid aktar minn hekk. F’qalbi hemm spazju infinit li ma jistax jimtela’ ħlief bl-imħabba tal-Ħallieq tiegħi. Mulej, jien kont maħluq għalik, u ruħi ma ssibx mistrieħ ħlief biss fik. 2. Xi jżommni ‘l bogħod mill-imħabba t’Alla? Id-dnub. Naf x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin, imma mhux dejjem għażilt it-tajjeb. Naf il-liġi t’Alla imma mhux dejjem obdejtha. Naf ir-rieda t’Alla imma sikwit għidtlu le. Għidt le lil Alla li ħalaqni u qed iżommni ħaj. Sfidajtu. Offendejtu. Jien ħati. Id-dnub firidni minnu! 3. Kif nista’ nesperjenza l-imħabba tal-Missier? Permezz ta’ Ġesù Kristu, l-Iben t’Alla, li ġie fid-dinja biex iħabbibni m’Alla. Kif qal hu stess: Jien hu t-triq, il-verità u l-ħajja; ħadd ma jmur għand il-Missier ħlief bija. Ħu li m’għamel ebda dnub, tgħabba bid-dnubi