Posts

Showing posts from September, 2015

Jien Nagħżel il-Ħajja

Image
  Aħna l-bnedmin għandna l-privileġġ uniku li konna maħluqin “fix-xbieha t’Alla.” Ilkoll nġorru fina l-immaġini tal-Ħallieq tagħna! Għaldaqstant aħna missna nirrispettaw lil xulxin. Dan huwa l-mod ewlieni kif inħobbu ‘l Alla li ma narawx – billi nħobbu lill-bnedmin li naraw, maħluqin fuq xbieha tiegħu. Mhux biss. Jien nirrabja u nieħu fastidju jekk xi ħadd jaqbad ritratt ta’ marti, jobżoq fuqu u jqattgħu biċċiet. Hekk ukoll, jekk xi ħadd jittratta ħażin bniedem ieħor, jagħmillu l-ħsara jew saħansitra joqtlu, Alla jqis għaġir bħal dan bħala sfida kontra tiegħu! Jekk mela aħna nħobbu Alla irridu nkunu wkoll favur il-ħajja umana - mill-bidu sa tmiemha, mill-konċepiment sal-mewt naturali. X’ifisser tkun favur il-ħajja? L-ewwelnett li tgawdi d-don tal-ħajja mogħti lilek mill-Mulej. Minkejja li l-inkwiet u t-tbatijiet ma jonqsux f’din id-dinja, ejja nitgħallmu nifirħu b’dak kollu li hu sabiħ u tajjeb, u b’radd il-ħajr lil Alla. Jeħtieġ li naħsbu f’ħaddieħor ukoll. Inkunu favur il-