Posts

Showing posts from February, 2016

Il-Bieb tal-Ħniena

Image
Matul il-Ġublew tal-Ħniena, il-Kattoliċi jistgħu jirċievu indulġenza billi, fost mezzi oħra, jagħmlu pelleġrinaġġ lejn il-Bieb tal-Ħniena miftuħ f’Ruma jew il-katidrali u knejjes oħra stabbiliti fid-djoċesi. X’inhi eżattament indulġenza? ‘L-indulġenza hi l-maħra quddiem Alla tal-piena taż-żmien li kienet tistħoqq minħabba dnubiet li tagħhom ġa tħassret il-ħtija’ (Il-Katekiżmu, 1471). Skont it-tagħlim Kattoliku, anke wara li jinħafer id-dnub permezz tal-qrar, xorta waħda tibqa’ piena li wieħed irid jiskonta permezz ta’ penitenzi u mezzi oħra f’din id-dinja jew permezz tas-soffernzi fil-purgatorju. Altrimenti ma jkunx lest biex jidħol fil-preżenza qaddisa t’Alla fil-Ġenna. Fl-għoti tal-indulġenzi, il-knisja taħfer din il-piena. L-Iskrittura tgħallima wisq dwar il-ħniena li Alla juri mal-midneb permezz tal-fidwa f’Ibnu Ġesù Kristu. Alla jaħfer id-dnubiet ta’ dawk kollha li jduru lejh u jafdaw f’Ibnu. Alla jaħfer fis-sħiħ għax il-ġustizzja t’Alla hi sodisfatta bis-salib ta’ Kristu.