Posts

Showing posts from August, 2016

Marija u t-Talb

Image
L-aħħar darba li niltaqgħu ma’ Marija fir-rakkont storiku tal-Iskrittura huwa fil-bidu tal-ktieb tal-Atti tal-Appostli. Minn hemm ’il quddiem il-Bibbja ma ssemmi xejn dwar il-ħajja ta’ Marija jew it-tmiem tagħha. Fl-Atti, Luqa jpinġi dan l-inkwatru sempliċi u fl-istess ħin tant sinifikanti. “Lkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma' xi nisa u ma' Marija, omm Ġesù, u ma' ħutu” (Atti 1:14). Ġesù kien għadu kemm tela’ lura lejn is-sema. L-appostli kienu miġburin flimkien mal-ewwel dixxipli. Marija, omm Ġesù, kienet fosthom. L-Insara kienu għalenija jitolbu waqt li jistennew l-miġja tal-Ispirtu s-Santu. X’nitgħallmu mit-talb ta’ Marija u tal-bqija tal-knisja? Juri l-ewwelnett li l-Insara għandhom aċċess liberu għand il-Missier, speċjalment fit-Testment il-Ġdid, bis-saħħa tal-mewt, il-qawmien u l-medjazzjoni ta’ Kristu. “Permezz tiegħu aħna t-tnejn għandna dħul bi Spirtu wieħed għand il-Missier” (Ef 2:18). Għalhekk l-Iskrittura tinkoraġġina biex “nersqu mela bla biża’