Posts

Showing posts from December, 2016

Hawn Jien Mulej

Image
Fost l-inċertezzi u t-taħbit tal-ħajja, il-kelma t’Alla hija l-blata soda li fuqha nistgħu nibnu l-futur tagħna. Imma kif messna nwieġbu għall-kelma tal-Mulej? Marija hija l-mudell eċċellenti għalina. Meta semgħet l-aħbar minn Alla, Marija wieġbet lill-anġlu, ‘Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek!’ (Luqa 1:38). Marija emmnet u ssottomettiet ruħha għall-kmand u l-wegħda t’Alla. ‘Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej,’ qaltlu. Fi kliem ieħor, jien nagħraf l-awtorità tiegħek fuqi, kif ukoll id-dmir tiegħi li nobdik. Jiena lesta nagħmel kulma tgħidli. Ir-rieda tiegħek hi x-xewqa ta’ qalbi. Marija ma oġġezzjonatx minħabba l-periklu li tħarbat iż-żwieġ tagħha jew li tirrovina r-reputazzjoni tagħha man-nies. Kienet żgura li l-pjanijiet t’Alla kienu tajbin skont it-tjieba u l-għerf tiegħu. Mhux biss. Marija kienet konvinta li Alla jista’ jwettaq dak li jwiegħed. Għalkemm ma fehmitx kif setgħet tnissel tarbija mingħajr ma tagħraf raġel, għaliha kien biżżejjed tafda fil-qawwa

Ras is-serp misħuqa

Image
Ix-xbieha tal-mara b’ras is-serp misħuqa taħt riġlejjha hi mnebbħa minn vers fil-ktieb tal-Ġenesi kif jidher fil-Vugata, it-traduzzjoni Latina tal-Iskrittura. Fil-verżjoni Maltija naqraw hekk: “U jien inqajjem mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u nisilha, u hu jisħaqlek rasek u int tisħaqlu għarqubu” (Ġenesi 3:15, Għaqda Biblika Maltija). Ninnotaw li skont din it-traduzzjoni, mhux il-mara imma hu, jiġifieri n-nisel tal-mara, kellu jisħaq ras is-serp. Dan jaqbel ma’ verżjonijiet oħra, u aktar importanti, mat-test Lhudi tal-Iskrittura. Anke l-edizzjoni tal-Vulgata kif tidher fit-sit elettroniku tal-Vatikan tirrevedi l-verżjoni antika u tgħid li nisel il-mara jirfes ras is-serp. Dan il-passaġġ hu magħruf bħala l-proto-evanġelju, l-ewwel tħabbira tal-Bxara t-Tajba. Il-ġwerra Is-serp qarraq b’Eva, u l-ewwel ġenituri tagħna waqgħu fid-dnub. Forsi x-xitan ħaseb li b’hekk kien ħassar il-ħolqien sabiħ t’Alla darba għal dejjem, u li kien issiġġilla t-telfien tal-umanità ko