Posts

Showing posts from May, 2017

Kollox mitmum!

Image
Ftit mumenti qabel radd ruħu, il-Mulej Ġesù qal: ‘Kollox mitmum!’ (Ġwanni 19:30). X’ried ifisser b’din il-kelma? Ġesù ma riedx jgħid sempliċiment li l-ħajja tiegħu kienet waslet fi tmiemha, imma li kien laħaq l-iskop li għalih ġie fid-dinja. ‘Kollox mitmum’ hi għajta trijonfanti, bħal gwerrier li wara li jkun issielet, fl-aħħar jgħajjat, ‘Vittorja!’ jew bħall-artist li meta jlesti l-kapolavur tiegħu, jħares lejn il-pittura u jgħid, ‘Sabiħa!’ Hekk ukoll, wara li wettaq fis-sħiħ l-missjoni li fdalu l-Missier, Ġesù iddikjara, ‘Kollox mitmum!’ Għalhekk l-Iskrittura tgħidilna li Kristu, “wara li offra sagrifiċċju wieħed għad-dnubiet, qagħad għal dejjem fuq in-naħa tal-lemin ta' Alla” (Lhud 10:12). L-Iskrittura ma tgħidx li Kristu qed joffri, imma li offra, azzjoni li seħħet fil-passat. Infatti Ġesù qagħad bilqiegħda fis-sema għax is-sagrifiċċju hu diġà offrut darba għal dejjem fuq is-salib. Minħabba f’dan is-sagrifiċċju Alla l-Missier jaħfer id-dnubiet tal-poplu tiegħu. ‘Fi dnub