Posts

Showing posts from January, 2019

Ippruvaw u araw kemm hu tajjeb il-Mulej

Image
"Ippruvaw u araw kemm hu tajjeb il-Mulej; hieni l-bniedem li jistkenn fih" (Salm 34:8). F’dan is-salm, bħal fis-salmi l-oħra, u fil-fatt fil-Bibbja kollha, għandna deskrizzjoni tat-tjieba tal-Mulej. Mill-Iskrittura nitgħallmu dwar Alla, il-grazzja, il-ħniena u l-imħabba ħelwa tiegħu; u fuq kollox nitgħallmu dwar Ġesù Kristu, l-esebizzjoni tal-qalb tajba t'Alla. Imma fl-aħħar mill-aħħar, dan it-tagħrif jibqa’ astratt, teoretiku u inutli, jekk ma nesperjenzawhx personalment. Jekk nistaqsi lil marti kif ġie l-ikel, hi tista’ tiddeskrivili t-tomgħa, l-kulur u t-texture tiegħu; imma jkun aħjar jekk tgħidli, ‘Hawn ħa, duqu!’ L-istess jagħmel is-salmista. Ippruvaw, jgħidilna, duqu u araw kemm hu tajjeb il-Mulej. Jien ukoll irrid intenni din l-istedina. Jekk il-kuxjenza tiegħek hija imtaqqla bil-ħtija tad-dnub, ejja għandu bil-fidi, duq u ara kemm hu tajjeb il-Mulej. Alla jaħfirlek fuq il-merti tas-salib ta’ Ibnu Ġesù. Alla jagħtik il-libertà u għanja ġdida ta' ferħ fuq