Posts

Showing posts from April, 2019

Il-Ħaddiem Kristjan

Image
  In-Nisrani jagħraf li Alla għamlu ħaddiem. Fix-xogħol tiegħu, in-Nisrani jfittex li jigglorifika lil Sidu, jagħti servizz tajjeb lil ħaddieħor, u jaf igawdi frott ħidmietu. 1. Jaqdi lis-Sid Ġesù “Kulma tagħmlu, agħmluh bil-qalb, qisu lill-Mulej u mhux lill-bnedmin billi tafu li mingħand il-Mulej tieħdu l-ħlas tal-wirt, għax intom taqdu ’l Sidna Kristu” (Kolossin 3:23-24). Kemm jekk jaħdem għal rasu, iħaddem jew impjegat, il-Kristjan iqis lil Ġesù bħala Sidu. Il-Kristjan huwa impjegat tal-Mulej u għalhekk jaħdem bil-qalb biex jogħġob lilu. B'dan il-mottiv hekk għoli l-ħaddiem Kristjan jagħti servizz ġenwin lil ħaddieħor. 2. Jaħdem b'onestà “Min seraq ħa ma jisraqx aktar imma ħa jitħabat, billi jaħdem b’idejh stess il-ħaġa tajba, biex ikollu x’jagħti lil min hu fil-bżonn” (Efesin 4:28). Mhux talli ma jibqax ħsiebu kif ipappieha minn fuq dahar ħaddieħor, jew kif se jakkwista aktar bis-serq u diżonestà, anżi l-Kristjan jaħdem biex jaqla x’jiekol hu, jipprovdi għall-famil