Posts

Showing posts from August, 2019

Konversazzjoni mat-tfal

Image
Kont qed nitkellem mat-tfal. Għidtilhom, ‘Tfal, hemm tlett mistoqsijiet kbar li jeħtieġ twieġbu sewwa jekk tridu tgħixu ħajjitkom bis-sens. L-ewwel, minn fejn oriġina l-ħolqien? It-tieni, min fejn ġiet il-ħajja? U t-tielet, min fejn tiġi l-imħabba?’ Dawn kienu, fil-qosor, il-konklużjonijiet li wasalna għalihom. 1. Minn fejn oriġina l-ħolqien? Nafu fiċ-ċert li xejn ma jiġi mix-xejn! Il-ħolqien kellu bidu. Kien hemm żmien meta ma kienx. Kif mela jeżisti? Jeżisti għax Alla, li hu etern, fil-bidu ħalaq is-sema u l-art. Il-ħolqien oriġina fil-ħsieb tal-Ħallieq, u kien magħmul bil-kelma u s-setgħa tiegħu. 2. Min fejn ġiet il-ħajja? Nosservaw li l-ħajja dejjem titnissel mill-ħajja. Dan jgħodd għalina l-bnedmin, l-annimali, il-pjanti u saħansitra l-mikrobi wkoll. Imma minn fejn ġew l-ewwel ħlejjaq ħajjin fid-dinja? Kull ħajja issib l-bidu tagħha f’Dak li hu ħaj minn dejjem għal dejjem. Alla tana l-ħajja u jżommna ħajjin. 3. Min fejn tiġi l-imħabba? Għal darb’ oħra, it-tweġ

Jitqaddes Ismek

Image
Id-dagħa huwa minsuġ fid-diskors ta’ tant minn ħutna Maltin. Jiddispjaċini nisma’ rġiel, nisa u żgħażagħ jidgħu b’Alla, bi Kristu u b’kull ħaġa oħra meqjusa sagra. Din hi sitwazzjoni serja u tal-biża. Fl-Għaxar Kmandamenti Alla jwissina: La ssemmix isem il-Mulej, Alla tiegħek, fil-batal għax il-Mulej ma jħallix bla kastig lil min isemmi ismu fil-batal (Esodu 20:7). Bid-dagħa tagħna aħna l-Maltin qed nipprovokaw u nisfidaw 'l Alla li ħalaqna! Ħalli ma naħsbux li dan il-kmandament niksruh biss bid-dagħa sfaċċat. Alla jwissina biex ma nsemmux ismu ‘fil-batal’ – fil-vojt, b’mod frivolu, għal xejn b’xejn. Kemm-il darba nsemmu isem Ġesù fil-vojt jew nużaw espressjoni ‘OMG’ biex nesprimi sorpriża jew stagħġib. Dan ukoll hu kliem ‘fil-batal’ li juri disrispett lejn Alla. Lanqas m’hu xieraq ċajt fuq il-ġenna jew l-infern. Kieku nifhmu kemm hu tal-waħx in-nar tal-infern, u kemm hi glorjuża il-qima t'Alla fil-ġenna, żgur ma niċċajtawx bihom. Fl-aħħar mill-aħħar, din hi kwistjoni ta