Posts

Showing posts from April, 2011

Kuruna tax-Xewk

Image
‘Ġesù tiegħi rasek l-għażiża; Min niggiżlek b’dak ix-xewk?’ Kont għadni daqsxejn ta’ tfajjel meta smajt din il-mistoqsija profonda. Kont ma’ ommi, niftakar, fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tax-Xagħra, Għawdex. Il-mużika funebri flimkien mal-ħsieb li jien kelli ħtija għat-tbatija u l-passjoni ta’ Ġesù mlew qalbi bi dwejjaq kbar. 'Kienu ’l ħafna dnubiet tiegħi Ġesù twajjeb, aħfer u ħenn.' Erbgħin sena wara, il-kontemplazzjoni tas-salib ta’ Kristu għadu jnissel fija sens ta’ ħtija u mistħija. Jekk xejn illum nifhem aktar kemm offendejtu bi dnubiet kotrana; iva, kont jien ukoll li nsiġt u libbistlu kuruna tax-xewk. Imma l-Kalvarju m’għandux ikun post ta’ indiema u biki biss. Is-salib mhux il-kundanna tal-midneb, imma l-ħelsien tiegħu. Filwaqt li d-dnubiet tiegħi wasslu għall-mewt ta’ Kristu, il-mewt tiegħu kienet għalija l-għajn ta’ ħajja. Bħaż-żerriegħa li tinxteħet fl-art u tmut biex minnha tinbet u tikber xitla ġdida, hekk hi l-mewt tal-Messija għalija. Kristu