Posts

Showing posts from September, 2014

O Alla, kun ħanin miegħi, midneb!

Image
Żewġ irġiel telgħu t-tempju jitolbu. Meta marru lura d-dar wieħed minnhom kien ġustifikat – sewwa m’Alla – filwaqt li l-ieħor baqa’ ħati bħalma kien fil-bidu (avolja kien mingħalih li hu tajjeb). Ta’ min nistaqsi, ‘Jien ġustifikat? Jien sewwa m’Alla?’ Wara kollox, is-sabiħ u l-ikrah ta’ din il-ħajja jgħaddu bħal żiffa riħ; wisq aktar importanti li nkunu paċi m’Alla għax il-ferħ li jagħtina jibqa’ għal dejjem. Ġesù jirrakkonta l-istorja tal-Fariżew u l-pubblikan (Luqa 18:9-14) biex l-ewwelnett nevitaw l-isqaq li jsibu ruħhom fih ħafna nies reliġjużi li ma jwassal għal imkien; jgħidilna wkoll kif insibu t-triq li twassalna għall-ħajja. X’kienet il-problema tal-Fariżew? Dan kien raġel reliġjuż, rispettat minn kulħadd, josserva l-liġi b’reqqa, jaħrab id-dnub, isum u jagħti karità. M’hemmx xi ngħidu dawn il-ħwejjeġ huma kollha tajbin. Għaliex mela baqa’ mhux ġustifikat quddiem Alla? Il-problema ewlenija kienet il- kburija. Mar quddiem Alla jiftaħar b’rixu, u jekk ma tridx,