Hawn Jien Mulej
Fost l-inċertezzi u t-taħbit tal-ħajja, il-kelma t’Alla hija l-blata soda li fuqha nistgħu nibnu l-futur tagħna. Imma kif messna nwieġbu għall-kelma tal-Mulej? Marija hija l-mudell eċċellenti għalina. Meta semgħet l-aħbar minn Alla, Marija wieġbet lill-anġlu, ‘Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek!’ (Luqa 1:38). Marija emmnet u ssottomettiet ruħha għall-kmand u l-wegħda t’Alla. ‘Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej,’ qaltlu. Fi kliem ieħor, jien nagħraf l-awtorità tiegħek fuqi, kif ukoll id-dmir tiegħi li nobdik. Jiena lesta nagħmel kulma tgħidli. Ir-rieda tiegħek hi x-xewqa ta’ qalbi. Marija ma oġġezzjonatx minħabba l-periklu li tħarbat iż-żwieġ tagħha jew li tirrovina r-reputazzjoni tagħha man-nies. Kienet żgura li l-pjanijiet t’Alla kienu tajbin skont it-tjieba u l-għerf tiegħu. Mhux biss. Marija kienet konvinta li Alla jista’ jwettaq dak li jwiegħed. Għalkemm ma fehmitx kif setgħet tnissel tarbija mingħajr ma tagħraf raġel, għaliha kien biżżejjed tafda fil-qawwa