Posts

Showing posts from December, 2010

Il-Milied u l-Materjaliżmu

Image
Bil-kelma 'materjaliżmu' m’għandix f’moħħi r-rigali, ix-xalar u l-alkoħol, jew kif dawn il-ħwejjeġ joħonqu t-tifsira reliġjuża tal-Milied. Qed naħseb fuq l-filosofija tal-ħajja tal-ġenerazzjoni żagħżugħa. Ħafna żgħażagħ Maltin ma jemmnux, jew aħjar ma jimporthomx, mit-twelid ta’ Ġesù jew kif din it-tarbija twieldet minn mara verġni. Għal ħafna minnhom il-grajja tal-Milied, bħal Santa Klaws, huma ħrejjef tat-tfal. Ma tagħtihomx tort sa l-aħħar. Trabbew f’soċjetà li aktar ma jmur aktar qiegħda issir materjalista. Għalihom ir-realtà tikkonsisti mill-ħwejjeġ li jaraw b’għajnejhom u jħossu b’idejnhom, u daqshekk. Il-valuri tagħhom huma biss il-flus, il-karozza u d-divertiment. Il-kanzunetta ‘I’m a material girl, and I live in a material world’ tiġbor fil-qosor l-attitudni tagħhom għall-ħajja. Jien materjali u ngħix f’kuntest materjali. Dak kollox. M’hemm xejn iżjed. Il-ħajja hi vjaġġ qasir minn Mater Dei sal-Addolorata. Imbagħad addio kollox. Iż-żagħżugħ modern jixbaħ