Posts

Showing posts from March, 2015

Dnubietek maħfura

Image
X’taħseb li ried ifisser Ġesù meta qal: “Dnubietha, li huma ħafna, huma maħfura għax ħabbet ħafna, iżda lil min jinħafirlu ftit, dan ftit iħobb” (Luqa 7:44-47)? Dan il-kliem qalu fuq il-mara li dilkitlu riġlejh biż-żejt tal-fwieħa. Forsi din il-mara kisbet il-maħfra bil-mertu ta’ għemilha jew mħabbitha kienet l-prova li dnubieta kienu nħafrulha? Fi kliem ieħor, l-imħabba kienet il-kawża jew it-tweġiba għall-grazzja li rċeviet mingħand Kristu? Jekk naqraw l-istorja kollha m’għandux ikollna wisq diffikultà biex inwieġbu. Ġesù kien qed ikellem lil Xmun il-Fariżew meta kien mistieden għall-ikel għandu. Ġiet din il-mara, magħrufa fil-belt bħala mara midinba, u waqt li niżlet fl-art tibki u tolfoq, xarrbitlu riġlejh bid-dmugħ u mesħitomlu b’xagħarha, bisithomlu u dilkithomlu bil-fwieħa li ġabet magħha. Xmun skandalizza ruħu. Ħaseb li Ġesù ma kienx iħalliha tmissu kieku kien jafha, u għalhekk wasal għall-konklużjoni li Ġesù ma kienx profeta. Ġesù ried jurih l-iżball tiegħu. Xmun kien qe