Posts

Showing posts from May, 2015

Nitolbok fejjaqni

Image
Bħalma t-tfal jiġru għand l-ġenituri tagħhom għal kull bżonn li jkollhom, hekk ukoll aħna l-Insara nduru lejn Missierna fis-smewwiet fil-mard u l-inkwiet tal-ħajja. Nitolbuh b’kunfidenza sħiħa li jismagħna, waqt li nagħmlu wkoll użu mill-mezzi li pprovdielna (nkellmu tabib, nieħdu l-mediċini, eċċ). Aħna konvinti li Alla jwieġeb it-tħannin ta’ wliedu skont ir-rieda għarfa u tajba tiegħu, u għall-aħjar ġid tagħna. Aħna nagħtu xhieda li Alla sikwit fejjaqna. Imma mhux dejjem. X’uħud jibqgħu jbatu minn mard kroniku għal ħafna snin. Għal oħrajn il-mard iwassal għall-mewt minkejja li jitolbu bil-qalb u bil-fidi. Din hi l-esperjenza universali tal-poplu t’Alla. Naħseb li jiżbaljaw dawk li jitfgħu t-tort fuq l-individwu jekk jibqa’ ma jfiqx. Mhux bilfors li ma jgħaddilux minħabba nuqqas ta’ fidi jew għax ma jkunx talab biżżejjed. Mhix dejjem ir-rieda t’Alla li nfiequ. Il-Mulej għallimna nitolbu, “Ikun dak li trid Int,” u bħal Ġesù nersqu lejn il-Missier b’attitudni ta’ sottomis