Posts

Showing posts from January, 2016

Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek

Image
Immaġina x-xena. Koppja żagħżugħa daħlu fit-tempju bl-ewwel tarbija tagħhom biex jiddedikawh ‘l Alla. Jiltaqa’ magħhom raġel xwejjaħ jismu Xmun. Ħa t-tifel f’idejh u talab ‘l Alla. “Issa, o Sid, tista' tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, skont kelmtek.” Fi kliem ieħor: Dak li wegħdtni, xtaqt u stennejt matul ħajti, sa fl-aħħar ksibtu. Ma fadallix x’nagħmel aktar fid-dinja; issa lest biex nitlaq! Imma, nistaqsu, x’kien wegħdu Alla? Xmun stess iwieġeb, “għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek li int ħejjejt għall-popli kollha, dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael” (Luqa 2:29-32). Xmun kien kuntent u sodisfatt għax ra s-salvazzjoni li Alla pprovda għal kulħadd, Lhud u Ġentili. Ma qalx, “għajnejja raw is-Salvatur”, imma, “għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek”. Fit-tarbija Ġesù, Xmun lemaħ u għaraf is-salvazzjoni t’Alla. Is-salvazzjoni mhix oġġett, xi ħaġa; mhix biss azzjoni li għamel magħna Alla. Is-salvazzjoni t’Alla hi persuna. Is-salvazzj