Posts

Showing posts from April, 2018

Leah: Eroj tal-Fidi

Image
Fi Frar li għadda aktar minn mitt tifla ġew maħtufa mill-iskola fil-belt ta’ Dapchi, in-Niġerja, minn grupp ta’ ġellieda islamisti, il-Boko Haram. Waħda mit-tfajliet jisimha Leah Sharibu. Għanaha 15-il sena, tħobb il-bioloġija u tixtieq issir tabib. Fil-21 ta’ Marzu, wara ħafna negozjati, it-tfajliet inħelsu. It-tfajliet reġgħu ingħaqdu mal-ġenituri u qrabathom b’ferħ kbir. Rebecca, omma Leah, fittxitha kullimkien. Leah ma kienitx magħhom. It-tfajliet l-oħra qaluha x’ġara. Leah ma nħelsitx għax il-militanti rieduha tikkoverti għall-Iżlam. Hi ma rieditx. Sħabha, li huma kollha Musulmani, talbuha biex tagħmel tabirruħa li bidlet ir-reliġjon. Leah ma kienitx lesta tiċħad il-fidi tagħha fi Kristu, lanqas għal mument wieħed, biex tikseb il-ħelsien. Nammira lil din it-tfalja għall-kuraġġ u l-leatà tagħha lejn Kristu. Nitlob għaliha biex tinħeles u terġa’ lura d-dar. Fuq kollox Leah turina il-valur infinit ta’ Kristu. Hu prezzjuż aktar minn kollox. Leah hi lesta titlef ħajjitha im