Posts

Showing posts from October, 2018

Skeletri, Fatati u Sħaħar

Image
Halloween! Min jogħġbu u min le; min ma jara xejn ħażin fih u min ma jara xejn ħlief ħażin! Imma x'nistgħu nitgħallmu minn din il-festa? Halloween L-isem ġej minn hallow (saints) u een (eve); lejlet il-festa tal-qaddisin kollha, li fit-tradizzjoni Kattolika taħbat fl-1 ta’ Novembru. Fi żmienna post il-qaddisin ħaduh l-iħirsa, is-sħaħar u kull ħaġa makabra oħra. Qtates Suwed, Brimb u Friefet il-Lejl Dawn huma ħlejjaq meraviljużi t’Alla; is-superstizzjoni biss tibdilhom f’annimali tal-biża’ jew xorti ħażina. Qargħa Ħamra Sors ta' vitamina A, potassium u fibra. Tajba immens għas-soppa (anki għat-trabi), jew għal xi torta bħalma kienet tagħmel ommi. Il-Ħelu (tat-Trick or Treat) Tajjeb, m’hemmx x’tgħid, u mhux it-tfal biss iħobbuh! Aktar minn 25g zokkor kuljum jagħmel ħsara għas-saħħa u jwassal għat-taħsir fis-snien. Moderazzjoni! Iħirsa Mal-mewt l-ispirtu tal-bniedem imur lura lejn Alla, u l-ġisem jirritorna lejn l-art. L-erwieħ tal-mejtin qaddisa qegħdin mal-Mulej, u l-e

Check-Up Spiritwali

Image
Darba waħda Ġesù u d-dixxipli kienu mistiedna għall-ikel għand wieħed pubblikan jismu Levi (ara Luqa 5:27-31). Ir-reliġjużi ħadu għalihom. Mhux sewwa, bdew igergru mad-dixxipli, li tindieħsu ma’ nies midinbin! Huma, in-nies sewwa, żgur ma kienux se jiċċappsu magħhom! Għaliex aċċetta l-istedina Ġesù? Żgur li mhux biex jissieħeb fid-dnubiethom. Ġesù kien qed jifraħ ma’ Levi fil-konverżjoni tiegħu. Ġesù mar iwassal messaġġ ta’ maħfra u ħniena lill-ħbieb u l-familjari tiegħu sabiex huma wkoll jiksbu l-fejqan għal ruħhom. Għalhekk Ġesù wieġeb lir-reliġjużi, “Dawk li huma b’saħħithom m’għandhomx bżonn ta’ tabib, iżda dawk li huma morda. Ma ġejtx insejjaħ in-nies sewwa, iżda l-midinbin għall-indiema.” Għal dan l-iskop ġie l-Iben t’Alla. Ġie f’dinja marida biex jagħti l-fejqan. It-tgergir tar-reliġjużi ma kienx jagħmel sens. Forsi noffendu ruħna jekk naraw it-tabib l-isptar ħdejn il-pazjenti? Ara huma, il-Fariżej, ma kellhom ebda ħeġġa biex imorru għand Ġesù. Kienu jippretendu li hum